Ħafna nies jiċċelebraw festi importanti bħall-Milied u l-Għid, mingħajr ma jaħsbu dwar il-bidu
tagħhom. Għal ħafna, dawn huma ġranet speċjali fil-Knisja Kattolika. Imma kif inħadem il-
kalendarju li nużaw illum? Għalfejn Jannar huwa l-ewwel xahar tas-sena? X’inhi l-istorja wara l-
Ħġejjeġ ta’ San Ġwann li jsiru fil-24 ta’ Ġunju? U x’kien ifisser l-Għid tal-Erwieħ?
Calendi se jitkellem dwar l-istorja wara dawn il-festi, kif ukoll dwar il-mod ta’ kif ix-xjenza u riti
antiki kellhom u għad għandhom effett fuq dak li niċċelebraw illum.
Calendi huwa produzzjoni ta’ Artique Productions.