Ħajjitna Ktieb

Sergio Grech u Trevor Zahra

Din id-darba , f’dan l-episodju ta’ “ Hajjitna Ktieb “ John Demanuele ilaqqana ma zewg kittieba prominenti , Sergio Grech u Trevor Zahra. U hemm raguni ghax kienu mistiedna flimkien. Sergio Grech kiteb dwar missieru u r-rabta li kellu mieghu. Ktieb li jidhol fil-fond fir-relazzjoni li kellu mieghu tul hajtu u wara mewtu. Ktieb li jismu 'Hallejtna bhall-erbgha fost il-gimgha', waqt li kiteb ukoll, din id-darba fis-sensiela “Ghamlulna Gieh “ tal-Ghaqda Wirt iz-Zejtun, ktieb dwar missier Trevor, Walter Zahra. Barra minn hekk, Trevor Zahra jitkellem ukoll dwar ktieb tieghu mhux tas-soltu ghal qarrejja zghar, bl-isem ta’ "Ejja nsajru poezija, Versi, Loghob bil-kliem u aktar". Intervista li zgur se tinteressa lil kull min ihobb jaqra xogholijiet ta’ dawn iz-zewg kittieba.

IXXERJA
Episodji Oħrajn Ħajjitna Ktieb
30/11/2025
26min
Play
23/11/2025
24min
Play
16/11/2025
27min
Play
09/11/2025
26min
Play
02/11/2025
25min
Play
26/10/2025
25min
Play